AWTURI
GUIDO SCHEMBRI twieled f’Tas-Sliema fl-1923, daħal fost il-Franġiskani Minuri, u ġie ordnat saċerdot fl-1948. Hu għamel l-istudji superjuri fl-Ateneo Pontificio Antoniano ta’ Ruma u fl-Istudium Biblicum ta’ Ġerusalemm. Fl-1952, hu kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija mill-Ateneo Antoniano u, fl-1953, il-Liċenzjat għat-tagħlim tal-Iskrittura mill-Kummissjoni Pontifiċja tal-Vatikan. P. Guido għallem l-Iskrittura u l-Lingwa Għebrajka u Griega sa mill-1953. Hu għallem fis-seminarju tal-Patrijiet Franġiskani Minuri (1953-59), fil-House of Theology, f’Wappingers Falls fi New York (1960-63), f’De La Salle University of Manila (1964-67), fejn kiseb A Testimonial of Merit, fit-Theological Seminary ta’ Quezon City, fil-Filippini (1964-67), fis-Seminarju ta’ Għawdex (1967-74), fis-Seminarju u l-Fakultà tat-Teoloġija ta’ Malta (1986-92). Għallem ukoll il-Lhudi fl-Antoniano ta’ Bologna fl-Italja (1989-92). Minbarra li kiteb bosta artikli dwar il-Bibbja f’Malta, fl-Italja, u fil-Filippini, P. Guido ppubblika wkoll bosta kotba b’rabta mal-Bibbja u dwar Qaddisin. Fosthom insibu: Doctrina Omnipraesentia Divina in Veteri Testamento, Introducing the Bible, Kors fuq il-Bibbja, Il Libro di Daniele: Traduzione dell’originale e commento, Il-Parabboli tas-Saltna, Ngħixu l-Bibbja, San Franġisk t’Assisi, Il-Bxara t-Tajba skond San Mark, San Ġużepp: l-Għarus ta’ Marija, Santa Klara: il-Mara l-Ġdida, L-ittri ta’ Pawlu mill-Ħabs, Sant’Antnin ta’ Padova, Marija: Omm il-Knisja, u Diffikultajiet fl-Erba’ Evanġelji. P. Guido kien membru attiv tal-Għaqda Biblika ta’ Malta, tas-Soċjetà Biblika tal-Amerka u tat-Theological Association tal-Lvant Imbiegħed. Hu miet fl-2012.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 2.50