AWTURI
LUIGI MARIA EPICOCO, twieled Mesagne, l-Italja, fl-1980. Fis-6 ta’ Jannar tal-2005 ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Giuseppe Molinari għall-Arċidjoċesi tal-Aquila. Kien direttur tar-residenza Universitarja San Carlo Borromeo fl-Aquila (mill-2009 sal-2021) u Kappillan tal-Parroċċa tal-Università ta’ San Giuseppe Artigiano (mill-2008 sal-2020), fejn għex l-esperjenza tal-ġrajja traġika tat-terremot, u kien minn ta’ quddiem li ħadem biex l-Arċidjoċesi tiegħu tqum fuq saqajha. Mill-2019 sal-2022 kien id-Direttur tal-Istitut Superjuri tax-Xjenzi Reliġjużi Fides et Ratio (ISSR) fl-Aquila. Tal-istess Istitut huwa Professur permanenti. Mill-2014 Don Luigi beda jgħallem il-Filosofija fl-Università Pontifiċja tal-Lateran. Fl-2021 ġie maħur Assistent Ekkleżjastiku tad-Dikasteru għall-Komunikazzjoni. Fl-2023 beda ministeru ieħor fit-tagħlim bħala Professur tal-Antropoloġija Filosofika fl-Akkademja Pontifiċja Alfonsjana. Jagħti wkoll il-kontribut tiegħu fl-artikli tal-Osservatore Romano. Don Epicoco jiddedika ħafna ħin għat-taħriġ u l-formazzjoni Teoloġika u spiritwali ta’ ħafna persuni Kkonsagrati u ħafna lajċi permezz ta’ artikli, kummenti fuq l-Evanġelju ta’ kuljum, konferenzi, korsijiet u Eżerċizzi Spiritwali. Huwa kittieb ta’ bosta kotba u artikli ta’ natura Filosofika, Teoloġika u Spiritwali. Ħafna mill-pubblikazzjonijiet tiegħu ġew anki maqluba għall-Ingliż, Franċiż, Spanjol, Portugiż, Sloven, Korean u Pollakk.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 4.00