BONAVENTURA San - RuĦ - Reliġjon u Ħajja

+356 21 498 343
Go to content
AWTURI

SAN BONAVENTURA twieled Bagnoregio fil-Lazio, l-Italja tan-nofs, fl-1218, jew fl-1221. Meta kien għadu tarbija marad sewwa iżda jingħad li fieq b’mod mirakuluż bit-talb u l-interċessjoni ta’ San Franġisk. Għalhekk baqa’ devot lejh u meta sar żagħżugħ daħal fl-Ordni tiegħu. Studja f’Pariġi taħt il-majjistru Franġiskan Alessandru ta’ Hales, imbagħad sar hu stess majjistru fl-istess studju teoloġiku. Fl-1257 Bonaventura nħatar Ministru Ġeneral tal-Ordni li, tul il-ftit għexieren ta’ snin li kien ilu mwaqqaf, kien kiber b’mod tal-għaġeb. Huwa dam sbatax-il sena Ġeneral tal-Franġiskani. Il-gvern tiegħu tant kien tajjeb, tant mexa bil-għaqal, u tant ħalla marka sabiħa fuq it-tradizzjoni tal-Ordni, li l-Qaddis huwa meqjus bħala t-tieni fundatur tal-Franġiskani. Wieħed mill-atti prinċipali tal-ġeneralat tiegħu kien il-ħruġ tal-kostituzzjonijiet “Narboniżi” li fuqhom inbnew il-kostituzzjonijiet kollha li ġew wara. Kiteb għadd kbir ta’ trattati filosofiċi, teoloġiċi u mistiċi. Fost l-oħrajn kiteb ukoll waħda mill-aqwa ħajjiet ta’ San Franġisk li ġġib l-isem ta’ “Legenda Maior” (= ir-Rakkont il-Kbir). Bħala Kardinal u Isqof ta’ Albano, Bonaventura ħa sehem fil-Konċilju ta’ Lyon, li bil-ħidma tiegħu, mexxa lil-Latini u l-Griegi pass ieħor lejn il-għaqda. Miet fil-belt ta’ Lyon fil-15 ta’ Lulju 1274, assistit mill-Papa Girgor X, li kien f’dik il-belt għall-Konċilju. Il-qdusija, l-għerf u l-ispiritwalità ta’ San Bonaventura, u mhux anqas l-imħabba li kellu għall-misteru ta’ Kristu, ħallew marka li ma titħassarx fuq it-tjieba Nisranija, u qalgħulu t-titlu ta’ Duttur Serafiku.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 4.50
Add
© Copyright ĊAK Ltd. Malta 2023. All rights reserved.
Created by ĊAK Graphics.
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping/Delivery charge is calculated immediately on your cart.
> Extra shipping costs apply for international orders.
Contact Us
ĊAK, Triq S. Sommier
Birkirkara BKR4611 - MALTA
Phone: +356 2149-8343
Fax: +356 2144-3458
Payments
We accept all major payments methods.
Shipping
We can post your book wherever you want.
> Shipping charge is calculated immediately on your cart.
> Extra costs apply to international orders.
> Local shipping is FREE if you spend 10 EUR or more.
Back to content