Titli
Ħajjiet
EMAN BONNICI
Numru ISBN: 978-99957-3-045-1
Format: Qoxra ratba
Qjies: 190x125mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Numru ISBN: 978-99957-3-045-1
Format: Qoxra ratba
Qjies: 190x125mm
Paġni: 64
Sena: 2015
Immediate availability
€ 2.00
Dwar dan il-ktieb:
Fil-ħajja mgħaġġla u xi drabi monotona tal-lum, il-bniedem aktarx jinsa wħud mill-aktar elementi bażiċi tal-ħajja: il-ferħ u s-sempliċità. Huma ħwejjeġ żgħar u ordinarji, li iżda mingħajrhom aktarx inħossu l-piż li jġibu magħhom il-familja, ix-xogħol, in-nuqqas ta’ finanzi u problemi oħra li rridu u ma rridux bosta drabi jkollna nħabbtu wiċċna magħha ta’ sikwit. Iżda l-karriera, l-individwaliżmu, l-ambizzjoni u l-pjaċir tas-suċċess fir-realtà mhumiex għajr aljenazzjoni ma taqta’ xejn li permezz tagħha naħsbu li aħna s-sidien waħdiena ta’ ħajjitna. Wara dan kollu, il-ferħ - li wara kollox huwa element bażiku u mill-aktar sempliċi, li jservi tal-aqwa duwa f’ħajjitna - aktarx jispiċċa jgħib u jogħsfor bil-mod il-mod u nibdew inħossuh biss mit-tendenza li nirkbu fuq l-oħrajn. L-għan li għalih qiegħda tinġieb din il-bijografija ċkejkna ta’ qaddis li ilu mejjet ’il fuq minn 400 sena u li rabtiet diretti ma’ pajjiżna ma kellux f’ħajtu, huwa sempliċiment il-ferħ, li minkejja l-faqar u l-problemi li kellu jħabbat wiċċu magħhom matul is-snin, Filippu Neri għaraf dejjem iżomm bħala bażi mill-aktar fundamentali f’ħajtu. “Xejn ma ngħidilkom, aqraw dejjem kotba li l-isem tagħhom jibda bl-ittra ‘S’”, kien sikwit itenni lill-membri tal-Oratorju tiegħu Filippu Neri, b’referenza għallqaddisin, bħal San Franġisk ta’ Assisi u San Duminku ta’ Guzman. Ma’ dawn aħna sa nżidu dik tiegħu, bit-tama li dan il-ktejjeb iservi għal min jaqra ta’ duwa ħelwa li mhijiex għajr tbissima, li s-sigriet tagħha hu li wieħed jgħixha u jagħraf jaqsamha mal-oħrajn.
Werrej:
DaħlaĦJIEL FUQ ĦAJTU
- Twelid u trobbija
- It-triq twila għas-saċerdozju
- It-tnissil tal-Oratorju
- Żminijiet imqallba
- L-Oratorju: knejjes u membri ġodda
- Rakkonti diversi
- It-twaqqif tal-Kongregazzjoni Oratorjana
- L-aħħar snin
APPENDIĊI
- Oratorjani b’fama ta’ qdusija
- L-Oratorjani f’Malta
- Oratorjan Malti b’fama ta’ qdusija
BIBLJOGRAFIJA