AWTURI
SANTA ĠUŻEPPINA BAKHITA
1869 Titwieled f’Olgassa, f’Darfur, fis-Sudan.
1876 Misruqa, għamluha lsira u bigħuha diversi drabi.1882 Mixtrija mill-aġent tal-prokuratur Taljan Calisto Legnani1885 Vjaġġat fl-Italja. Żbarkat Genova. Legnani għaddieha lil Augusto u Turina Michieli minn Zianigo, żona ta’ Mirano (Venezja).1886 3 ta’ Frar: Titwieled Alice Michieli (Mimmina). Ġunju: Michieli tmur lura f’Suakin. Settembru: Turina Michieli, flimkien ma’ Bakhita u Mimmina, tmur l-Afrika biex tgħin lil żewġha li kien għadu kif xtara lukanda.1887 Turina Michieli, Bakhita u Mimmina, lura fi Zianigo biex tbigħ il-ġid tal-familja.1888 Bakhita u Mimmina jintlaqgħu f’Veneżja fil-Katekumenat immexxi mis-Sorijiet Kanossjani. Is-Sinjura Michieli titlaq lejn Suakin għall-aħħar ftehim ma’ żewġha.1889 29 ta’ Novembru: Bakhita tiddeċiedi li tibqa’ l-Italja. Taqla’ mingħand l-Prokuratur tar-Re l-ħelsien skont il-liġi.1890 9 ta’ Jannar: F’Venezja tirċievi l-Magħmudija, il-Griżma u l-ewwel Tqarbina.1893 7 ta’ Diċembru: Bakhita tidħol fin-novizzjat fi ħdan l-Istitut tal-Katekumenat, tas-Sorijiet Kanossjani.1896 8 ta’ Diċembru: Tieħu l-ewwel voti tagħha fil-Casa Madre ta’ Verona.1902 Minn Venezja tintbagħat Schio (Vicenza).1927 10 ta’ Awwissu: Madre Bakhita tagħmel il-professjoni perpetwa fil-kappella fid-dar ta’ Mirano (Venezja).1933 Madre Bakhita tibda l-pellegrinaġġ fid-djar tal-Istitut biex tagħmel esperjenza missjunarja.1937-39 Tintbagħat Vimercate (Milan) taħdem fil-portinerija tan-novizzjat missjunarju tal-Kanossjani. Imbagħad terġa’ għal Schio.1942 Minħabba waqgħa kellha tibda tuża il-bastun u ftit wara s-siġġu tar-roti.1947 8 ta’ Frar: Madre Bakhita ttemm ħajjitha fuq din l-art fl-Istitut Kanossjan, 51 Triq Fusinato, fi Schio.1978 1 ta’ Diċembru: Jixxandar id-digriet fuq l-erojiżmu tal-virtujiet tagħha.1992 17 ta’ Mejju: Il-Papa Ġwanni Pawlu II jiddikjaraha Beata.2000 1 t’ Ottubru: L-istess Papa jxandarha bħala Qaddisa.
Pubblikazzjonijiet:
Immediate availability
€ 4.00