OLD titles
MERGĦAT
Ħsibijiet fuq il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi
Awtur: Edmund Teuma
Kategorija: Liturġija
Numru ISBN: 978-99957-3-089-5
Format: Qoxra ratba
Qjies: 216x136mm
Paġni: 336
Sena: 2018
Prezz: €7.00
Dwar dan il-ktieb:
Kategorija: Liturġija
Numru ISBN: 978-99957-3-089-5
Format: Qoxra ratba
Qjies: 216x136mm
Paġni: 336
Sena: 2018
Prezz: €7.00
Dwar dan il-ktieb:
F’mergħat kollhom ħdura jqegħedni...
hemm hu jrejjaqni. (Salm 23)
Il-mergħat li fihom jeħodna l-Mulej huma l-Kelma... hu jrejjaqna bl-istess Kelma. Il-Kelma li kienet mill-bidu dik li ħalqet kollox u dik li għadha llum ukoll tissorprendina bħal għajn li qatt ma tintemm. Meta niġi biex inħejji l-omelija tal-Ħadd, Ħadd wara l-ieħor u sena wara l-oħra, nibqa’ mistagħġeb kif din il-Kelma naraha dejjem ĠDIDA. Dejjem tisfidani b’mod differenti. U jalla, la tagħmel hekk miegħi, tagħmel l-istess ma’ min jismagħha.
Din il-Kelma timxi magħna tul ħajjitna kollha... il-Liturġija tal-Knisja hija sewwasew din: il-ħajja l-ġdida fi Kristu permezz tal-Kelma. F’dan il-ktieb sa ssibu riflessjonijiet qosra dwar il-Vanġeli tal-Ħdud u l-Festi matul is-sena liturġika kollha. U jekk il-Kelma kienet fil-bidu u ħalqet kollox, fil-Vanġelu nsibu l-Kelma li ssir bniedem – Ġesù Kristu. Bih kollox kiseb il-perfezzjoni u permezz tiegħu aħna lkoll mifdija.
Patri Edmund Teuma ried jiġbor dawn il-ħsibijiet li kien qed ixerred dan l-aħħar snin fuq il-media soċjali biex ikunu miġbura fi ktieb u jkunu aktar aċċessibbli. Tolqtok l-essenza fil-qosor u ċ-ċarezza fil-ħsieb... għax Missierna San Franġisk jgħallimna li d-diskorsi tagħna jeħtieġ ikunu qosra, u emmnuni meta jkunu qosra u bis-sens iħallu effett aqwa!
Jalla din il-pubblikazzjoni sservi għal kulħadd bħala mixja lejn il-mergħat fejn lkoll inkunu nistgħu nitrejqu bil-Kelma li tagħti l-Ħajja.
Kelmtejn qabel
SENA A
ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
- L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Kunu lesti
- It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni
- It-Tielet Ħadd tal-Avvent: Is-sinjali messjaniċi
- Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: Ġesù Salvatur tal-poplu
- Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Sa mill-bidu: Messija sofferenti
- Il-Familja Mqaddsa: Mill-Eġittu sejjaħt lil Ibni
ŻMIEN IR-RANDAN U L-GĦID
- L-Ewwel Ħadd tar-Randan:
Lill-Mulej Alla tiegħek għandek biss taqdi - It-Tieni Ħadd tar-Randan: “Dan hu Ibni l-għażiż isimgħu lilu”
- It-Tielet Ħadd tar-Randan:
Emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda tal-mara - Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: “Mur inħasel fis-Silwam”
- Il-Ħames Ħadd tar-Randan: Kull min jemmen f’Ġesù jgħix
- Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej: Hosanna lil Bin David
- Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
Jum ta’ tifkira - Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
Refa’ fuqu l-mard tagħna - Il-Vġili tal-Għid: Qam mill-Imwiet
- Ħadd il-Għid: Il-qabar vojt
- It-Tieni Ħadd tal-Għid: Huma raw u messew, aħna nemmnu
- It-Tielet Ħadd tal-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż
- Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ġesù huwa l-bieb
- Il-Ħames Ħadd tal-Għid: It-Triq, il-Verità, il-Ħajja
- Is-Sitt Ħadd tal-Għid: Intom għad tarawni
- Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
Ġesù għadu magħna - Għid il-Ħamsin: Ħudu l-Ispirtu s-Santu
- It-Trinità Qaddisa: Alla ta lil Ibnu l-waħdieni
- It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu: Jiena l-ħobż il-ħaj
ŻMIEN MATUL IS-SENA
- L-Ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
Dan hu Ibni l-Għażiż - It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Araw il-Ħaruf ta’ Alla
- It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena:
Is-Saltna tas-Smewwiet waslet - Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Henjin il-foqra fl-ispirtu
- Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena:
Melħ tal-art – dawl tad-dinja - Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena: Iva, iva, u le, le
- Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Kunu perfetti
- It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena: L-ewwel Alla, imbagħad...
- Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena: Talb u għemejjel
- L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jiġri wara l-midinbin
- Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Is-salvazzjoni waslet
- It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Xandru l-Kelma
- It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena: It-triq tan-Nisrani
- L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: L-għerf ta’ Alla
- Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Nilqgħu l-grazzja ta’ Alla - Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Is-Saltna tas-Smewwiet
- Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Aktar dwar is-Saltna
- It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
“Agħtuhom intom x’jieklu” - Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: “Salvani, Mulej”
- L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
“Ħenn għalija, Mulej, Bin David” - Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Min hu Ġesù għalina? - It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Is-salib iwassal għall-glorja - It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Il-korrezzjoni bejn l-aħwa - L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Maħfra
- Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Is-Salvazzjoni tingħata b’xejn - Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Ngħidu “iva” u ngħixuha - Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
L-għalqa tad-dwieli - It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: L-ikla tat-tieġ
- Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Nisrani tajjeb hu ċittadin tajjeb - It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Ma jħobbx lil Alla min ma jħobbx lil għajru - Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Il-Mulej jħobb lill-umli - It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Ħejju ruħkom għax ma tafux meta - It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Nishru u naqdu dmirna - L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
Kristu hu l-Kelma ħallieqa ta’ Alla
SENA B
ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
- L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Ma nafux meta sa jiġi sid id-dar
- It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Ħejju t-triq tal-Mulej
- It-Tielet Ħadd tal-Avvent: Ġwanni u Ġesù
- Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: It-tħabbira
- Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Marru jgħaġġlu
- Il-Familja Mqaddsa: “Sa jkun sinjal li jmeruh”
- L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Ġesù mġarrab fid-deżert
- It-Tieni Ħadd tar-Randan: It-Trasfigurazzjoni
- It-Tielet Ħadd tar-Randan: Ġesù t-Tempju ta’ Alla
- Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan:
Alla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva - Il-Ħames Ħadd tar-Randan:
Kristu msallab jiġbed il-bnedmin kollha lejh - Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej:
Imbierek min ġej f’isem il-Mulej - Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
It-twaqqif tal-Ewkaristija - Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
Ġesù, il-Qassis il-Kbir - Il-Vġili tal-Għid: Inwasslu ’l Kristu Rxoxt lill-oħrajn
- Ħadd il-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż
- It-Tieni Ħadd tal-Għid: Il-ħajja tal-ewwel Insara
- It-Tielet Ħadd tal-Għid: Xhieda ta’ Kristu Rxoxt
- Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ir-ragħaj it-tajjeb
- Il-Ħames Ħadd tal-Għid: Ġesù d-dielja
- Is-Sitt Ħadd tal-Għid: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi”
- Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
Il-missjoni f’idejn l-Appostli - Għid il-Ħamsin: L-Ispirtu tal-verità
- It-Trinità Qaddisa: Alla familja ta’ mħabba
- It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu:
“Dan hu Ġismi. Dan hu Demmi”
- L-ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
Huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu - It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù l-Messija
- It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena:
Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba - Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jgħallem bis-setgħa
- Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù fejjieq
- Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena: Il-fidi tfejjaq
- Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena:
Ġesù Salvatur tar-ruħ u l-ġisem - It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena: Il-bidla li ġab Ġesù
- Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena: Is-Sibt sar għall-bniedem
- L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena: Min huma ħut Ġesù?
- Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Saltna ċkejkna b’qawwa moħbija - It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Kristu jaħkem fuq il-Ħolqien - It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Kristu jaħkem fuq il-Mewt - L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Profeta mhux milqugħ
- Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Il-missjoni tal-appostli
- Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Ġesù mgħallem qatt għajjien - Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jħenn u jitma’
- It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena: X’aħna nfittxu f’ Ġesù?
- Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Ġesù hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema - L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
L-Ewkaristija dewqien tal-eternità - Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
“Tridux tmorru intom ukoll?” - It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
L-ispirtu tal-liġi jew it-tradizzjonijiet? - It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Smigħ lit-torox, kliem lill-imbikkmin - L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
“Min tgħidu li jien?” - Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Qaddejja ta’ kulħadd - Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Nagħrfu l-Mulej fl-oħrajn - Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
It-tnejn isiru ġisem wieħed - It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Il-bniedem irid jagħżel - Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Nifhmu xi jrid Ġesù - It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Id-dlam u d-dawl
- Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
L-akbar u l-ewwel kmandament - It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Ma nkunux aħna wkoll bħall-“Kittieba” - It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Il-Mulej fil-qrib
- L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
Saltna ta’ verità
SENA Ċ
ŻMIEN L-AVVENT U L-MILIED
- L-Ewwel Ħadd tal-Avvent: Inħejju ruħna
- It-Tieni Ħadd tal-Avvent: Leħen jgħajjat fid-deżert
- It-Tielet Ħadd tal-Avvent: “Agħmlu penitenza”
- Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent: Minn Nazaret sa Ġerusalemm
- Il-Milied ta’ Sidna Ġesù Kristu: Il-Verb sar Bniedem
- Il-Familja Mqaddsa: “Jeħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri”
ŻMIEN IR-RANDAN U L-GĦID
- L-Ewwel Ħadd tar-Randan: Żmien id-deżert
- It-Tieni Ħadd tar-Randan: Il-glorja tal-Mulej
- It-Tielet Ħadd tar-Randan: Il-Mulej jistenna bis-sabar
- Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan: Il-Mulej tal-ħniena
- Il-Ħames Ħadd tar-Randan: Il-liġi tal-maħfra
- Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej: Kristu Sultan
- Ħamis ix-Xirka. Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej:
“Kif għamilt jien, hekk agħmlu intom ukoll” - Il-Ġimgħa l-Kbira. Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej:
“Mejjel rasu u radd ruħu” - Il-Vġili tal-Għid: “Għala tfittxu qalb il-mejtin lil min hu ħaj?”
- Ħadd il-Għid: Il-Bxara t-Tajba tixxandar lill-pagani
- It-Tieni Ħadd tal-Għid: Il-ħidma tal-Appostli
- It-Tielet Ħadd tal-Għid:
Setgħa mibnija fuq l-imħabba u l-qadi - Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid: Ir-ragħaj jagħraf in-nagħaġ
- Il-Ħames Ħadd tal-Għid: Is-salib hu l-glorja ta’ Kristu
- Is-Sitt Ħadd tal-Għid: L-imħabba ta’ Kristu
- Is-Seba’ Ħadd tal-Għid. Tlugħ il-Mulej fis-sema:
Issa l-missjoni f’idejn id-dixxipli - Għid il-Ħamsin: L-Ispirtu s-Santu jgħallimna kollox
- It-Trinità Qaddisa: Tliet persuni Alla wieħed
- It-Tifkira tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu:
Ikel għal kull min jemmen
- L-Ewwel Ħadd ta’ matul is-sena. Il-Magħmudija tal-Mulej:
Isiru wlied adottivi ta’ Alla - It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena: Festa ta’ salvazzjoni
- It-Tielet Ħadd ta’ matul is-sena: Il-bxara t-tajba lill-fqajrin
- Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-sena: Salvazzjoni għal kulħadd
- Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-sena: Sajjieda tal-bnedmin
- Is-Sitt Ħadd ta’ matul is-sena:
Henjin intom... ħażin għalikom - Is-Seba’ Ħadd ta’ matul is-sena:
“Ħennu bħalma hu ħanin Missierkom” - It-Tmien Ħadd ta’ matul is-sena:
“Minn fomm il-bniedem joħroġ dak li jfur mill-qalb” - Id-Disa’ Ħadd ta’ matul is-sena:
“Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi” - L-Għaxar Ħadd ta’ matul is-sena:
Il-ħniena tal-Mulej ixandruha d-dixxipli - Il-Ħdax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Min jinħafirlu ħafna jħobb ħafna - It-Tnax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
“Inti l-Messija ta’ Alla” - It-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jrid kollox
- L-Erbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: In-Nisrani bin is-sliem
- Il-Ħmistax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
M’hemmx għedewwa iżda aħwa - Is-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena: L-aħjar sehem
- Is-Sbatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Talb fil-qosor iżda spiss
- It-Tmintax-il Ħadd ta’ matul is-sena:
Ġesù jqassam biss ġid spiritwali - Id-Dsatax-il Ħadd ta’ matul is-sena: Henjin aħna jekk nishru
- L-Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Ġesù jifred
- Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Ftit huma dawk li jsalvaw? - It-Tnejn u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Kun umli; kun ġeneruż fl-għotjiet tiegħek - It-Tlieta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Għan-Nisrani veru Kristu l-ewwel - L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Il-ħniena ta’ Alla bla tarf - Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Lil min sa naqdu: lil Alla jew lill-flus? - Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Tal-aħħar jiġu l-ewwel - Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena: Ngħixu l-fidi
- It-Tmienja u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Irroddu ħajr lil Alla - Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena:
Nitolbu bla waqfien - It-Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Min jitkabbar jiċċekken
- Il-Wieħed u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
“F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni” - It-Tnejn u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena:
Alla hu Alla tal-ħajjin - It-Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena: Kull mibdi mitmum
- L-Erbgħa u Tletin Ħadd ta’ matul is-sena.
Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal-Ħolqien kollu:
Dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla
SOLENNITAJIET U FESTI
- 1 ta’ Jannar. MARIJA OMM ALLA:
Kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb - 6 ta’ Jannar jew il-Ħadd wara l-Ewwel tas-Sena.
L-Epifanija tal -Mulej: Ġew mill-bogħod - 2 ta’ Frar. Il-Preżentazzjoni tal -Mulej:
“Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek” - 10 ta’ Frar. L-Appostlu Missierna San Pawl:
“Morru fid-dinja kollha” - 19 ta’ Marzu. San Ġużepp Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija:
“Int issemmih Ġesù” - 24 ta’ Ġunju. It-Twelid ta ’ San Ġwann Battista:
“Ġwanni jkun jismu” - 29 ta’ Ġunju. San Pietru u San Pawl, Appostli:
Il-kolonni tal-Knisja - 6 ta’ Awwissu. It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej: Isimgħu lilu
- 15 ta’ Awwissu. Il-Verġni Marija Mtellgħa fis-sema:
“Hienja dik li emmnet” - 14 ta’ Settembru. L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES:
Ta lil Ibnu l-waħdieni - 1 ta’ Novembru. IL-QADDISIN KOLLHA: Ix-xirka tal-qaddisin
- 2 ta’ Novembru. L-GĦID TAL-IMWIET: Henjin
- 9 ta’ Novembru.
IL-KONSAGRAZZJONI TAL-BAŻILKA TAL-LATERAN:
Il-Knisja hi ffurmata mill-Insara - 8 ta’ Diċembru.
IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA:
Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir