Titli
SERGIO RUBIN - FRANCESCA AMBROGETTI
Immediate availability
€ 9.00
Dwar dan il-ktieb:
Fit-13 ta’ Marzu 2013, il-Kardinal Jorge Mario Bergoglio, kien elett suċċessur ta’ Joseph Ratzinger fuq it-tron ta’ Pietru bl-isem ta’ Franġisku. Dan il-ktieb huwa xhieda diretta, unika u personalissima tal-Papa l-ġdid fuq il-ġrajjiet li mmarkawlu ħajtu.
F’dawn il-paġni, bi kliem sempliċi u mnebbaħ, Jorge Bergoglio jirrakkonta lill-ġurnalisti Sergio Rubin u Francesca Ambrogetti l-wasla tal-familja tiegħu fi Buenos Aires fl-1929, il-ġrajjiet li sieħbu t-twelid u t-trobbija tiegħu, u l-pulmunite gravi li dgħajfitlu saħħtu u fl-istess ħin tat bidu lill-ewwel sinjali tal-vokazzjoni reliġjuża tiegħu. F’dawn il-konverżazzjonijiet, li saru f’tul ta’ tliet snin, Papa Franġisku jiftakar iż-żmien fis-seminarju, l-esperjenza tiegħu ta’ għalliem tal-psikoloġija u l-letteratura, il-ġrajjiet tad-dittatura fl-Arġentina, it-tkomplija u l-ħeġġa tiegħu f’xogħlu, li Ġwanni Pawlu II għaraf billi daħħlu fil-Kulleġġ tal-Kardinali. Iżda fuq kollox, dan il-ktieb joħroġ il-personalità profonda u awtentika tal-Papa l-ġdid: sinċier, ġentlom u bla biża’. Il-Papa Franġisku jurina ħsiebu b’mod ċar, ħaġa li kkaratterizzatu sa mill-bidu, b’dan il-mod huwa ttratta suġġetti ibsin: l-esperjenzi tat-talb, id-djalogu interreliġjuż, il-valuri tal-faqar, l-umiltà u l-maħfra, ix-xogħol pastorali tal-Knisja sal-iskandli u r-rieda ta’ tiġdid li janimaw illum il-komunità kattolika kollha fid-dinja.
Werrej:
DAĦLA
KELMTEJN QABEL
Kapitlu 1 - In-Nanna Roża u l-kowt tagħha bl-għonq ta’ volpi
Kapitlu 2 - “Aħjar tmur tibda taħdem...”
Kapitlu 3 - Fuq l-eżempju ta’ Ġesù
Kapitlu 4 - Ir-rebbiegħa tal-fidi
Kapitlu 5 - Nedukaw billi nibdew mill-kunflitt
Kapitlu 6 - “Meta lgħabtha ta’ Tarżan”
Kapitlu 7 - L-isfida li toħroġ tiltaqa’ man-nies 89
Kapitlu 8 - Ir-riskju ta’ degradazzjoni tal-messaġġ reliġjuż
Kapitlu 9 - Il-chiaroscuro tal-kuxjenza
Kapitlu 10 - Pajjiż jissielet fit-tluq
Kapitlu 11 - Il-kostruzzjoni ta’ kultura ta’ kooperazzjoni
Kapitlu 12 - “Jogħġobni wkoll it-tango”
Kapitlu 13 - Il-mixja iebsa lejn patrija ta’ aħwa
Kapitlu 14 - Il-lejl mudlam li għexet l-ArġentinaKapitlu 15 - Raġunijiet biex nafdaw fil-futur