Titli
HECTOR SCERRI
Immediate availability
€ 6.00
Dwar dan il-ktieb:
Nistqarr li f’ċertu sens wieħed mill-isbaħ passaġġi li sibt f’dan il-ktieb huwa fejn l-awtur bi lsien maħlul jitkellem minn qalbu dwar Ommu l-Knisja: “Din hija l-Knisja ta’ Kristu. Din hija l-Knisja li nħobb. Innamrajt magħha għax hi bħal pulmun għas-soċjetà. Pulmun li jagħti nifs ġdid, frisk u mimli ħajja… Innamrajt magħha meta rajtha tifraħ u meta rajtha tibki ma’ wliedha, tħoss il-polz tas-suċċessi u talgħomma tagħhom. Innamrajt magħha meta rajtha tinsatar għax mhedda u meta – ħielsa minn kull xkiel – ilmaħtha ħierġa fil-beraħ u timla mnifsejha b’żiffa ta’ libertà ġdida.” Il-fidi tagħna mhijiex biss waħda personali imma wkoll “ekkleżjali”, fis-sens li aħna nemmnu dak li tgħallem il-Knisja... Dan il-ktieb huwa rigal sabiħ li qed jaslilna f’din is-Sena tal-Fidi.”
L-Isqof Mario Grech, mill-Preżentazzjoni
Werrej:
Daħla tal-awtur
L-Ewwel Taqsima: Jiena nemmen f’Alla wieħed fi tliet Persuni
Alla juri lilu nnifsu lill-bniedemX’imħabba hija din?Tagħmel differenza jew le li nemmnu f’Alla wieħed fi tliet Persuni?
It-Tieni Taqsima: Alla sar bniedem – L-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla
Aspetti tal-Umanità tal-VerbIl-Verb sar bniedem u għammar fostna
It-Tielet Taqsima: Il-Misteru tal-Għid
Il-Quċċata tal-Ħajja Pubblika ta’ ĠesùIl-Mewt Espjatorja ta’ Ġesù: Għotja sħiħaIl-mewt ta’ Ġesù bħala l-martirju tar-raġel ġust li jbatiAħna nemmnu fil-Qawmien ta’ Ġesù minn bejn l-imwiet
Ir-Raba’ Taqsima: Jiena nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika li hija komunità rikonċiljattiva
Knisja-KomunjoniMelħ, dawl u ħmiraLiturġija u ĦajjaMerħla ċkejkna li tagħti xhiedaKnisja-QaddejjaKnisja li tgħallem u titgħallemL-Ewkaristija tibni l-KnisjaIl-Knisja li nħobbIl-Knisja, kif sa tkun komunità rikonċiljattiva?Il-Knisja hija Komunità Rikonċiljattiva
Il-Ħames Taqsima: Id-Dommi Marjani
Il-Maternità Divina ta’ Marija: Marija hija Omm AllaId-Domma tal-Konċepiment Immakulat ta’ MarijaId-Domma tal-Verġnità ta’ MarijaL-Imħabba tal-Poplu Nisrani lejn MarijaId-Domma ta’ Marija Mtellgħa fis-Sema bir-ruħ u l-ġisem
GħeluqIndiċi