Titli
Fidi
BENEDITTU XVI
Immediate availability
€ 10.00
Dwar dan il-ktieb:
“Hu x’inhu l-bniedem ma jistax jaħkem l-istorja bis-saħħa tiegħu biss. Illum naraw minn dokumenti xjentifiċi li l-bniedem qiegħed fil-periklu u li qiegħed idaħħal lid-dinja u lilu nnifsu fil-periklu. Hu jista’ jsalva biss jekk il-forzi morali jikbru f’qalbu; forzi li jistgħu jiġu biss meta niltaqgħu ma’ Alla; forzi li joffru reżistenza. Għaldaqstant għandna bżonn lil DAK L-IEĦOR biex jgħinna nkunu dak li aħna m’għandniex il-ħila nkunu. U għandna bżonn lil Kristu li jiġborna f’ġemgħa li nsejħulha Knisja.”
(Benedittu XVI)
DAWL ID-DINJA. Taħdita ma' Peter Seewald
Peter Seewald twieled fl-1954 u kien ġurnalista ta’ Spiegel, Stern u ta’ Süddeutsche Zeitung. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal, jgħix u jaħdem f’Monaco tal-Bavarja. Il-kotba-intervista tiegħu mal-Kardinal Joseph Ratzinger Melħ tal-Art (1996) u Alla u d-Dinja (2000) kienu tradotti f’diversi lingwi u saru best sellers fid-dinja kollha. F’dan il-ktieb mhuwiex iżjed il-Kardinal li jitkellem, iżda l-Papa.
Werrej:
Daħla
L-Ewwel Taqsima - Is-Sinjali taż-Żminijiet
1. Il-Papiet ma Jaqgħux mis-SemaIt-Tieni Taqsima - Il-Pontifikat
2. L-Iskandlu tal-Abbuż
3. Kawżi u Ċansijiet tal-Kriżi
4. Il-Katastrofi Globali
5. Id-Dittatorjat tar-Relattiviżmu
6. Iż-Żmien tal-Konverżjoni
7 . Habemus Papam
8. Fuq il-Passi tas-Sajjied
9. L-Ekumeniżmu u t-Taħditiet mal-Islam
10. Tħabbir
11. Żjajjar Pastorali
12. Il-Każ ta’ Williamson
It-Tielet Taqsima - ’Il fejn sejrin?
13. Knisja, Fidi u Soċjetà
14. L-hekk imsejħa “Lista Wieqfa” ta’ Riformi
15. Kif isir it-Tiġdid
16. Marija u l-Messaġġ ta’ Fatima
17. Ġesù Kristu jerġa’ lura
18. L-Aħħar Ħwejjeġ
Żjieda
(i) Dnub gravi kontra t-tfal bla protezzjoni (mill-Ittra Pastorali tad-19 ta’ Marzu 2010 lill-Kattoliċi tal-Irlanda)
(iii) L-Aids u l-umanizzazzjoni tas-sesswalità (mill-intervista waqt it-titjira lejn il-Kamerun fis-17 ta’ Marzu 2009)
(iv) Bijografija sal-elezzjoni tal-Papa
(v) Kronaka qasira tal-pontifikat