Titli
Djalogu
MARCELLO GHIRLANDO
Immediate availability
€ 7.50
Dwar dan il-ktieb:
It-Tradizzjoni Nisranija tibqa’ dejjem midjuna lejn dik Lhudija; anzi, jiena nħobb napprezza t-Tradizzjoni Lhudija għax nilmaħ – f’bosta aspetti – elementi ta’ kontinwità bejn dak li għex il-Poplu tal-Patt il-Qadim, u l-Poplu l-Ġdid t’Alla. Tant huwa hekk, li l-istess paragrafu ta’ Nostra Aetate jistqarr, kif anki jfakkarna tant tajjeb l-awtur ta’ dan il-ktieb, li: “Għalhekk il-Knisja ma tistax tinsa li hija rċeviet irrivelazzjoni tat-Testment il-Qadim permezz ta’ dak il-poplu li miegħu Alla, fil-ħniena tiegħu li ma titfissirx, għoġbu jwaqqaf il-Patt il-Qadim ta’ ħbiberija; ma tistax tinsa li hi tieħu l-għajxien tagħha mill-għeruq taż-żebbuġa t-tajba...” Il-ktieb ta’ Patri Marcello jeżamina bir-reqqa kollha din iż-żebbuġa t-tajba, mill-għeruq tagħha, iz-zokk, il-friegħi, sal-weraq u l-frott tagħha. Huwa jidħol fid-dettall tal-istorja twila tal-Poplu Lhudi, mill-bidu nett fi żmien il-Patrijarki, u jibqa’ sejjer sat-twaqqif tal-Istat ta’ Israel fl-1948. Jiddedika erba’ kapitli tal-ktieb għal dan il-għan, u b’manjiera mill-isbaħ jinseġ, kif jaf jagħmel tant tajjeb, ir-rakkont storiku ma’ ħafna siltiet mill-Kelma t’Alla li jagħtuna dawl dwar il-mixja twila ta’ dan il-Poplu. Jgħidilna kif issawwar, u minn liema esperjenzi huwa għadda, bħall-ħruġ tiegħu mill-jasar tal-Eġittu, il-monarkija, l-eżilju f’Babel, il-laqgħa ma’ kulturi mżewqa fi żminijiet differenti, it-tbatijiet li ġarrab tul is-sekli, ilkontribut li ta lill-kultura speċjalment dik Ewropea, il-ġrajja kerha tal-Olokawst, iż-żvilupp ta’ kurrenti differenti fi ħdan il-Ġudajiżmu, u oħrajn. Fit-tieni parti tal-ktieb, mill-Kapitlu 5 sa 14, l-awtur ilaqqagħna malesperjenza purament reliġjuża fi ħdan il-Ġudajiżmu, bħall-fidi f’Alla wieħed li huwa l-Ħallieq ta’ kollox, Alla personali li jissejjaħ b’ismu, u r-relazzjoni speċjali bejn Alla u l-Poplu tiegħu – relazzjoni mtappna, xi drabi, minn ġrajjiet ta’ infedeltà u b’qalb tal-ġebel min-naħa tal-Poplu. F’dan il-qafas ta’ relazzjoni personali, napprezzaw l-aspetti kollha li Patri Ghirlando jfisser bir-reqqa kollha – aspetti li huma parti integrali u essenzjali fil-ħajja tal-Lhudi, bħalma huma t-talb, l-indiema, l-iżvilupp fil-ħsieb dwar il-ħajja wara l-mewt, il-kalendarju Lhudi u l-qima, il-jum tas-Sibt, il-festi Lhud, il-jiem ta’ ċelebrazzjoni u dawk tas-sawm, il-ġrajjiet marbutin mat-twelid u mal-mewt, il-ħajja domestika u l-edukazzjoni talulied, u l-ħajja komunitarja li tagħti dak is-sens qawwi ta’ appartenenza li l-Lhud għandhom mhux biss lejn ir-reliġjon imma wkoll lejn il-kultura, il-poplu u n-nazzjon tagħhom.
(Rev. Dr Hector Scerri, mill-Preżentazzjoni)
Werrej:
PreżentazzjoniQabel nibdew1. MILL-PATRIJARKI SAL-EŻILJU
- Iż-żmien bikri
- Il-Patrijarki
- L-Eżodu
- Id-Dħul fl-Art Imwiegħda u l-Imħallfin
- Il-Monarkija u ż-żewġ Saltniet
2. MILL-EŻILJU SAL-ĠUDAJIŻMU RABBINIKU
- L-Eżilju
- Lura f’Ġuda
- Ir-Rewwixta tal-Makkabin u d-Dinastija tal-Asmonin
- Żmien it-Tieni Tempju
- Rewwixti Lhud kontra r-Rumani u l-bidu tal-Ġudajiżmu Rabbiniku
- It-twelid tal-Mixnah u t-Talmud
3. IL-ĠUDAJIŻMU F’ARTIJIET ISLAMIĊI U NSARA SAL-IMPERU OTTOMAN
- Twelid l-Islam
- Fl-artijiet Musulmani u Nsara
- Żvilupp tat-tagħlim
- Il-Mistiċiżmu Lhudi
- Wiċċ imb wiċċ mal-Inkwiżizzjoni
- Fl-Imperu Ottoman
4. IL-ĠUDAJIŻMU MIŻ-ŻMIEN BIKRI MODERN SAT-TWAQQIF TAL-ISTAT TA’ ISRAEL
- Il-Lhud fl-Ewropa
- Il-Ħasidiżmu
- Fi Żmien Imdawwal
- Ir-Riforma
- Anti-Semitiżmu u Żijoniżmu
- L-Ideoloġija Nażista u l-Olokawst
- It-Twaqqif tal-Istat ta’ Israel
5. ALLA LI JIRRIVELA LILU NNIFSU
- Alla, il-Mulej waħdu
- Alla Personali li jissejjaħ b’ismu
- Liġi Miktuba u Liġi Orali
- Il-Kmandamenti
6. POPLU MAGĦŻUL IMLAQQAM FIL-WEGĦDIET
- L-Art Imwiegħda
- Il-Messija
7. POPLU MSEJJAĦ GĦALL-IMĦABBA
- It-talb
- Id-Dnub u l-Indiema
- Il-Ħajja wara l-Mewt
8. IL-KALENDARJ U LHUDI U L-QIMA
- Il-Postijiet tal-Qima
- Il-Qima
9. IS-SIBT
- Is-Sibt illum
- Is-Sibtijiet Speċjali
10. IL-FESTI LHUD
- Pesah
- Xavuot
- Sukkot
- Rox Ħaxanah u Jom Kippur
11. JIEM TA’ FERĦ U JIEM TA’ SAWM
- Ħanukkah
- Purim
- Rox Ħodex
- Tu Bi-Xevat
- 15 ta’ Av
- Jom Ħa-Atzmaut
- Jiem ta’ Sawm
12. ĠRAJJIET IL-ĦAJJA
- Twelid u Ċirkonċiżjoni
- Bar Mitzvah
- Għerusija u Żwieġ
- Divorzju
- Mewt u Luttu
13. IL-ĦAJJA DOMESTIKA U L-EDUKAZZJONI
- Ikel Koxer
- Edukazzjoni
14. ĦAJJA KOMUNITARJA
- Il-Ħajja fil-Komunità
- Twemmin li jidher fil-ħajja
- Il-Konverżjoni
Kelma tal-aħħarAppendiċi 1Appendiċi 2Biblijografija