Titli
Pastorali
RONNIE GAUCI
Immediate availability
€ 4.50
Dwar dan il-ktieb:
Dan mhuwiex xi ktieb ta’ tagħlim profond fuq iż-żwieġ. Xejn minn dan. Xtaqt nipproponi dal-ktejjeb bħala għajnuna ċkejkna lill-għarajjes u lill-miżżewġin ta’ rieda tajba: biex iservi ta’ kuraġġ u bħala dawl żgħir... fit-taqlib tal-ħajja miżżewġa. Għidt ‘ta’ rieda tajba’, għax biex żwieġ jirnexxi, il-koppja trid tabilħaqq temmen li żwieġ verament jista’ jirnexxi... akkost ta’ kollox. Il-ħajja miżżewġa hija mimlija sfidi ta’ kull tip: sfidi fiżiċi, spiritwali, emozzjonali, morali u naturalment dawk finanzjarji!
Iżda meta fiż-żwieġ ikun hemm l-Ispirtu ta’ Alla, l-imħabba vera tal-koppja flimkien mal-ispirtu ta’ sagrifiċċju u l-għotja totali tal-persuna, iż-żwieġ huwa esperjenza tal-ġenn!
(mid-Daħla tal-Awtur)
Werrej:
DedikaDaħlaI - Iż-żwieġ - avventura ma’ Alla
- Iż-Żwieġ mhux għalija
- Iż-Żwieġ huwa għotja
- Xi versi mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika
- Iż-Żwieġ mhux gaġġa
- Irridu niżżewġu kuljum!
- Anne u Mr Smith
- Maltemp u bnazzi
- L-esperjenza ta’ Lina
- Iż-Żwieġ bħal żipp!
- Fidi f ’Alla u kuraġġ
- Damu jaħsbuha
- Katerina ta’ Genova
- Ferħa bla temma?
- San Valentinu tassew speċjali
- Djamant ġo faħma
- Imħabba vera teżisti
- Pawla u Ġużeppi Agius
- Meta s-Salib jagħfas fuqna
- Challenge
- Qdusija fiż-Żwieġ
- Fiż-Żwieġ inqaddsu lil xulxin
- Għandna post għaliha?
II - Iż-żwieġ - avventura bejnietna
- Armonija
- Zalza mal-ispagetti
- L-ewwel eżamina lilek innifsek
- Prosit u grazzi
- Napprezzaw
- Mara sabiħa tassew
- Mhemmx it-tieni ċans
- Torox u għomja
- Taf min jien?
- Rigal prezzjuż
- Leġġenda Spanjola
- Ġenituri... attenti
- Rispett
- Biex siġra titla’ dritta
- Ix-xhud ta’ mħabbitna
- Raġel li ħafer lil martu
- Mhux faċli tkun omm jew missier!
- L-imħabba tagħmel il-mirakli
- Tfal bil-għatx
- Xhieda
- Imħabba u għotja totali!
- Kelma għall-koppji bla tfal
- Imħabba vera
- Ejja qabel ikun tard wisq
- Kif tkun l-imħabba?
- Nerfgħek kuljum
- Binha qatel!
- Baqalna ħin għat-tfal?
Kelma tal -aħħar