Titli
Dwar dan il-ktieb:
Fost il-ħafna poeżiji li kiteb Oliver Friggieri (1947-2020), insibu ‘Tislima lil Kristu Sidna’. Din hi poeżija spiritwali li fiha l-poeta jitkellem mal-Kurċifiss. Fi Kristu msallab Friggieri jara s-simbolu tat-tbatija li tifdi, il-misteru li jagħti sens lill-ħajja ta’ kull bniedem u lill-Istorja tal-umanità. Id-dar tal-pubblikazzjoni ‘Reliġjon u Ħajja’ għarfet l-importanza ta’ din il-poeżija, u għalhekk qiegħda tippubblikaha fi ktieb illustrat. Ma’ vrus il-poeta qed jidhru ’l fuq minn ħamsa u għoxrin pittura klassika b’rabta mal-passjoni; flimkien jiffurmaw vjaġġ artistiku u letterarju wieħed. Forsi ftit jafu li Oliver Friggieri kien iħobb jagħmel disinji varji, fosthom tal-Kurċifiss. F’dan il-ktieb qed tidher għall-ewwel darba għażla sabiħa tagħhom. Il-ktieb fih ukoll studju kritiku tal-poeżija ta’ Oliver Friggieri, miktub minn Dr Terence Portelli. Dan l-istudju jistħarreġ fid-dettall: il-qrubija tal-poeta mal-Eżistenzjaliżmu Kristjan, l-istorja ta’ din il-poeżija, it-temi u x-xbihat ewlenin tagħha, l-irqaqat stilistiċi u retoriċi mħaddma, id-disinji li l-poeta pinġa ma’ vrusu, u fl-aħħar, l-ideat ewlenin li Friggieri għażel bħala l-wirt morali u spiritwali tiegħu lin-nazzjon Malti kollu.
Werrej:
Daħla / Fr Paul DarmaninTislima lil Kristu Sidna
- Arti u versi
- Il-poeżija
Intermezz / Għażla ta’ Kurċifissi ddisinjati minn Oliver FriggieriL-istudju / “Kull kelma tiegħek tidwi ...” Analiżi ta’ ‘Tislima lil Kristu Sidna’ ta’ Oliver Friggieri minn Terence PortelliBijografija ta’ Oliver FriggieriIl-lista ta’ referenzi tal-opri artistiċi f ’dan il-ktieb