FRANCESCO PIO ATTARD twieled il-Belt Victoria, Għawdex fl-1985. Studja t-Teoloġija fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex u fl-Università ta’ Malta, mnejn kiseb Baċellerat bl-Unuri fit-Teoloġija (2011) u Master’s fil-Youth Ministry (2016). Attard hu l-editur u awtur ta’ diversi kitbiet, fosthom kotba, rivisti u poeżiji, u kien strumentali fit-tħejjija ta’ diversi pubblikazzjonijiet għall-istampa. Il-kitbiet tiegħu jidhru f’bosta ġurnali u rivisti lokali. Sa mill-2017, huwa l-editur tar-Rivista djoċesana ta’ kull xahar Il-Ħajja f’Għawdex. Jaħdem bħala Assistent fl-Arkivju Nazzjonali (Għawdex) u jikkordina l-Uffiċċju Komunikazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex.
Pubblikazzjonijiet: